“Għaddew Is-Snin, Nimmissjak Ħafna, Ma. Dejjem Tibqa’ F’Qalbi.” – Is-Sindku Tal-Belt Olaf Mckay Jfakkar Lill-Għażiża Ommu

Olaf - Main Image

Is-Sindku tal-Belt Olaf McKay, fuq il-mezzi soċjali tiegħu fakkar il-memorja għażiża ta’ ommu li m’għadhiex magħna. Jiem bħal dawn żgur li t-telfa ta’ nies għeżież tinħass ftit aktar minn qatt qabel. Hu jaqsam wieħed mill-aħħar ritratti li kien ħa lill-għażiża ommu.



Olaf jikteb, “Ma, dan kien wieħed mill-aħħar ritratti qabel ħallejtna. Kont mara b’qalb kbira, dejjem tpoġġi lill-oħrajn qabel lilek innifsek. Dejjem kont tgħidli, għin kemm tiflaħ u kemm tista’ lil kulħadd, kliem li għadu jmexxini sal-lum. Għaddew is-snin, nimmissjak ħafna, Ma. Dejjem tibqa’ f’qalbi.”



F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja għażiża tagħha. Ninsabu ċerti li tinsab tħares fuqu minn fejn tinsab. Kompli strieħ fis-sliem għażiża.



Ritratti:

Facebook / Olaf McKay

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI