“Għaddew Sitt Snin Ma, Minn Meta Bistek Kiesħa Għall-Aħħar Darba… Ħajtek Kienet Iebsa. Qalbek Kienet Kbira.” – L-MP Charles Azzopardi

MP Charles

Il-Membru Parlamentari Charles Azzopardi kiteb messaġġ indirizzat lill-għażiża ommu, li bħal-lum sitt snin ilu ħalliet din id-dinja.

Charles isemmi fost il-karatteristiċi li kellha ommu, fosthom il-qalb kbira, minkejja l-isfidi tal-ħajja.

“Għaddew sitt snin Ma minn meta bistek kiesħa għall-aħħar darba. Kont tlaqt inkiss, inkiss biex tittama li ttir mal-anġli. Qatt f’ħajti ma rajtek timxi. Imma rajtek tagħder, tħoss, tħobb u tbati.”

Ikompli jikteb, “Ħajtek kienet iebsa. Qalbek kienet kbira. Inti l-omm u l-mara, inti l-univers li kollox ġie minnha. Inti tibqa’ għażiża wisq. Inti ommi.”

Jagħlaq il-messaġġ billi jsellem il-memorja tagħha. Qasam anke ritratt tal-għażiża ommu.

Tkompli strieħ fis-sliem. Kuraġġ dejjem lil Charles u l-familjari kollha.







Ritratti:

Facebook/ Charles Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI