Għadu Kif Ħalla Din Id-Dinja L-Istilista Taljan Valentino Fl-Età Ta’ 93 Sena

Ftit minuti ilu għadha kif ħarġet l-aħbar li ħalla din id-dinja l-istilista Taljan popolari Valentino Garavani fl-età ta’ 93 sena.

B’karriera ta’ iżjed minn 50 sena, Valentino kien irnexxielu jistabilixxi ruħu bħala simbolu tal-eleganza Taljana wara li libbes diversi ikoni fosthom il-Prinċipessa Diana kif ukoll Sophia Loren.

Minn eta żgħira, l-istilista Taljan dejjem wera interess lejn id-dinja tal-moda. Il-karriera tiegħu ħadet spinta l-quddiem l-iżjed meta fl-1960 hu kien fetaħ id-dar tal-moda tiegħu fil-belt kapitali ta’ Ruma.

Ħafna kienu dawk mid-dinja tal-moda li sellmu l-memorja ta’ Valentino filwaqt li fakkru wħud mill-aqwa xogħolijiet tiegħu.

Jistrieħ fis-sliem!







Ritratti:

X / Open Source Intel

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI