“Aħna Tim, Int Tmexxi U Aħna Nimxu Warajk” – Annalise Ellul Lil Binha Luca F’Għeluq Sninu

Annalise Ellul qasmet messaġġ mimli emozzjoni biex tiċċelebra għeluq it-18-il sena ta’ binha, Luca. F’kitba li tellgħet fuq il-midja soċjali tagħha, hija fetħet qalbha dwar il-vjaġġ ta’ 18-il sena bħala omm u kemm hi kburija li rat lil binha jikber f’żagħżugħ mill-aqwa.

Fil-messaġġ tagħha, Annalise bdiet billi awguratlu, “Happy 18th birthday, għażiż Luca!”, u qalet li dawn it-18-il sena kienu qishom rollercoaster mimlija b’imħabba, ferħ, dmugħ, suċċessi u sfidi. Hija spjegat li l-isbaħ parti ta’ dan kollu kienet li tara lil Luca jikber u jsir żagħżugħ mill-aqwa, b’sens ta’ umoriżmu sabiħ u personalità li tagħmilha tassew kburija.



L-omm tiddeskrivi lil binha bħala żagħżugħ rasu iebsa imma fl-istess ħin mimli mħabba, divertenti u gustuż, u żiedet li għaliha dejjem se jibqa’ l-aqwa iben. Hija ammettiet li l-ħajja mhux dejjem faċli, iżda minkejja l-isfidi ta’ kuljum, għalija Luca jibqa’ perfett. “Aħna tim, int tmexxi u aħna nimxu warajk,” kitbet hi, filwaqt li assiguratu li anke meta xi kultant jieħu triq ħażina, il-familja tiegħu tibqa’ warajh tappoġġjah.



Fil-messaġġ tagħha, Annalise semmiet ukoll ir-rabta speċjali bejn Luca u oħtu Hailey. Hija qalet li l-imħabba bejn it-tnejn tagħmilha l-aktar omm kburija u ferħana, u saħqet kemm hi sabiħa r-relazzjoni bejn aħwa.

Hija temmet il-messaġġ billi fakkret li issa Luca sar uffiċjalment adult, għalkemm fid-dar tagħhom kulħadd għadu jaġixxi bħal tfal, inkluż hi u missieru. Skont hi, l-età mhix biss numru, iżda ġabra ta’ memorji li bnew flimkien matul is-snin, memorji li ħadd ma jista’ jeħodhomlhom.

“Prosit li issa legalment adult,” kitbet b’ton umoristiku, filwaqt li temmet il-messaġġ tagħha billi assigurat lil Luca li hi u missieru jħobbuh immens. Awguri mingħand it-tim kollu ta’ Gwida, Luca.



Ritratti:

Facebook / Annalise Ellul

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI