“Għal Darb’Oħra Din Ix-Xitwa Sħaba Kbia Tar-Ramel Minn Fuq Id-Deżert Libjan Għattiet Ix-Xemx” – It-Temp Madwarna

Il-Paġna It-Temp Madwarna ttella’ dan l-aġġornament fejn tgħid li sħaba enormi tar-ramel qed toħloq dan it-temp ikrah.

“Għal darb’oħra din ix-xitwa, sħaba kbira tar-ramel minn fuq id-deżert Libjan għattiet ix-xemx u daħħnet u ċajpret l-arja.

Dan minħabba riħ li qed jonfoħ bil-buffuri min-Nofsinhar (South) li hu abbinat ma’ front sħun, hekk kif għada l-Ħadd 15/2 se terġa’ tilħaqna sistema oħra ta’ maltemp, b’aktar xita u riħ.

Il- (Particulate Matter jew trab fin ta’ dijametru daqs jew anqas minn 10µm) jinsab f’livell ta’ 5 darbiet aktar min-normal!

Fi kliem sempliċi dan hu trab jew għabra fina li niġbdu fil-pulmun tagħna meta nieħdu n-nifs mill-arja ta’ barra, u l-ammonti tiegħu jitkejlu f’µg/m³ kif indikat fil-grafika. Kull xita li se tqattar bejn illejla fit-tard u għada filgħodu, se jkun fiha depożiti ta’ dan ir-ramel.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI