“Għaliex Klieb Mingħajr Iċ-Ċippa Qed Jiġu Kkastigati?” – Perspettiva Ta’ SPCA Għawdex

Ilbieraħ ġie mħabbar servizz ta’ emerġenza għall-annimali, li jiftaħ bil-lejl, Ħdud, u festi pubbliċi. Diversi kummenti fuq il-midja soċjali faħħru din l-inizjattiva għaliex din il-klinika se toffri serħan ta’ moħħ għal kull min għandu annimali domestiċi d-dar.

L-SPCA ta’ Għawdex ukoll kellha xi kummenti x’taqsam fuq il-midja soċjali dwar din l-inizjattiva. Huma kellhom xi mistoqsijiet dwar ir-regoli ta’ dan is-servizz.

Fuq il-paġna tagħhom kitbu l-perspettiva tagħhom, “Aħna għandna numru ta’ ħsibijiet, li se nitkellmu dwarhom mal-awtoritajiet. Dawn huma xi ftit minnhom. 1. Għaliex klieb mingħajr iċ-ċippa qed jiġu kkastigati? Huwa tort tas-sid li m’għandhomx ċippa, mhux tal-kelb. Applikaw il-liġi u għidulhom iħallsu, imma ħudu ħsieb il-kelb xorta waħda. Apparti minn hekk, ġeru ta’ taħt l-erba’ xhur m’għandux għalfejn ikun iċċipjat bil-liġi, imma mhux se jingħata servizz għax m’għandux ċippa.”



Qalu wkoll, “2. Min huma l-persuni mħarrġa fuq il-linja? 3. Min se jiddeċiedi jekk din hux emerġenza veru biex il-flus jingħataw lura? Il-persuna fuq il-linja jew il-veterinarju li jara l-annimal?”





Ritratti:

Facebook / Gozo SPCA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI