“Għalija, Il-Kelma ‘Ħelsien’ Illum Għandha Tifsira Differenti… Fiżikament, Ilni Snin Ma Nkun Ħieles” – Bjorn Formosa

“Għalija, il-kelma “ħelsien” illum għandha tifsira differenti,” ammetta Bjorn Formosa fuq il-paġna tiegħu, fil-festa ta’ Jum il-Ħelsien.

Hu żied jgħid, “Fiżikament, ilni snin ma nkun ħieles. U r-realtà hi li mard newroloġiku bħall-ALS ma jisraqx biss il-ħelsien tal-pazjent, imma anke dak tal-familjari u l-qraba li jispiċċaw jiddedikaw ħajjithom għall-kura tagħna, 24 siegħa kuljum. Iżda, bl-imħabba u s-sapport tagħkom, intom tagħtuna l-ikbar ħelsien: il-ħelsien mid-disperazzjoni u ċ-ċertizza li l-pazjenti jistgħu jgħixu b’dinjità! Tagħtu wkoll l-ikbar rigal lill-qraba tagħna, is-serħan il-moħħ li l-għeżież tagħhom jinsabu f’idejn tajba; DAR BJORN. Awguri Malta! Jum il-Ħelsien it-tajjeb lil kulħadd!”



Nirringrazzjaw lil Bjorn mill-qalb tax-xogħol u dedikazzjoni kollu tiegħu. Hu qed joffri dinjità lil diversi persuni flimkien mal-qraba tagħhom, u tassew napprezzawh ta’ dan.





Ritratti:

Facebook / Bjorn Formosa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI