“Taħsbu Li Għandek Tiġi Mitlub Tippreżenta L-Karta Tal-Identità Biex Tagħmel Profil Onlajn?” – Popolin

Għada l-midja soċjali mistennija tkun fiċ-ċentru tad-diskussjoni waqt Popolin. Dan hekk kif bħalissa pajjiżna qed jiddiskuti l-possibbiltà li l-użu tal-midja soċjali jiġi projbit fost tfal u żgħażagħ li għandhom inqas minn 13-il sena.

Il-preżentatur Quinton Scerri spjega kif matul id-dibattitu ta’ għada fost oħrajn se jkun qed jiġi diskuss jekk wieħed għandux jiġi mitlub jippreżenta l-karta tal-identità tiegħu qabel ma jitħalla jikrea l-profil tiegħu onlajn.



Mistenni jiġi diskuss ukoll jekk persuna li toħloq allarm mhux neċessarju bil-miżinformazzjoni li xxerred fuq il-midja soċjali għandhiex taffaċja proċeduri kriminali.



Id-dibattitu dwar dan is-suġett kompla jimraħ wara li f’Diċembru li għadda l-Awstralja daħlet fis-seħħ projbizzjoni għal tfal u żgħażagħ li għandhom inqas minn 16-il sena fejn jidħol l-użu tal-midja soċjali.



Intom x’taħsbu dwar dan is-suġġett?

Ritratti:

Pexels u Facebook / Identità Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI