Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia qasam filmat dwar il-ħidma f’Għar Lapsi wara l-konsegwenzi li ħalliet warajha t-tempesta Harry. Fil-filmat tidher il-koperazzjoni bejn dawk kollha involuti f’din il-ħidma.
“Għar Lapsi, Flimkien nerġgħu nagħtu l-ħajja lil din il-ġawrha li għandna fin-nofsinhar ta’ pajjiżna. Kif ħabbart ftit tal-jiem ilu wara d-diżastru li ħalliet il-maltempata Harry fuq Għar Lapsi, għadni kif nedejt konsultazzjoni pubblika dwar kif Għar Lapsi għandna nerġgħu nrodduh Lura lin-Nies.”
Wieħed jista’ jagħti s-suġġerimenti tiegħu dwar din il-ħidma f’Għar Lapsi permezz ta’ din il-ħolqa HAWN
Facebook/ Omar Farrugia