Omm Ike Trixie kitbitlu messaġġ mill-qalb hekk kif wasal fl-aħħar jum tal-iskola, “Għażiż ibni Ike, illum huwa jum speċjali ħafna, l-aħħar jum tal-iskola tiegħek. Mill-ewwel passi tiegħek fil-kindergarten, għall-iskola primarja, u issa spiċċajt is-sekondarja, rajtek tikber, titgħallem, u ssir persuna sabiħa u b’saħħitha.”
Hi tkompli, “Donnu lbieraħ bdejt dan il-vjaġġa, u llum qed tagħlaq kapitlu mimli memorji, ħbiberiji u tagħlim li jibqgħu miegħek għal dejjem. Jiena kburijs ħafna bik bl-isforz tiegħek, bil-kuraġġ tiegħek, u kif qatt ma qtajt qalbek.”
Trixie żżid, “Dan mhux biss tmiem, imma bidu ġdid. Il-ħajja issa miftuħa għalik, u naf li se tkompli timxi ’l quddiem, tilħaq il-ħolm tiegħek, u tagħmel triqtek b’kunfidenza. Qatt tinsa minn fejn bdejt, emmen fik innifsek, u tibżax tmur wara dak li tixtieq fil-ħajja. Prosit, ibni. Dan huwa biss il-bidu. Dejjem kburija bik.”
Facebook / Trixie Mangion