Kathy Cardona, il-vjolinista li narawha f’diversi spettakli, tikteb poeżija ddedikata lill-għażiża kunjata tagħha, li ħalliet din id-dinja.
Hi kitbitilha, “Għażiża kunjata, din il-poeżija hi dedika għalik: Għalkemm għada mhux ħa niflah naqrahielek, iddeċidejt li niktibhielek hawn biex nurik kemm jien kburija bik. Issa rrealizzajt li mhux ħa narak iżjed.”
Kitbet, “Grazzi talli missejtli ħajti b’mod li qatt ma ninsa. Grazzi tal-preżenza tiegħek, anke meta ma kontx taf kemm kont importanti. Ma konniex perfetti imma konna veri. U dak hu biżżejjed għalija. Illum ma nżommx niket biss, inżomm gratitudni. Nitilqek b’qalbi miftuħa u b’kelma waħda li tibqa’ miegħi: Mur fis-sliem. Jiena niibqa’ nġorr ismek f’qalbi.”
Tistrieħ fis-sliem u l-paċi.
Facebook / Kathy The Violinist