Għeluq Temporanju F’Rue D’Argens – Dawn Huma D-Dettalji Li Trid Tkun Taf Għal Għada!

Infrastructure Malta ħarġet avviż importanti dwar xogħlijiet li se jsiru fil-qalba ta’ waħda mill-aktar żoni traffikużi f’Malta.

Proprjament għada, d-19 ta’ Marzu 2026, bejn is-6:00am u d-9:00pm, Triq Rue D’Argens se tkun magħluqa għat-traffiku. Dan l-għeluq jinkludi wkoll l-islip road minn Triq Mikiel Anton Vassalli li tagħti għal Triq il-Kunċizzjoni fid-direzzjoni mill-Imsida lejn il-Gżira.



Skont Infrastructure Malta, dawn ix-xogħlijiet qed isiru biex jitqiegħdu servizzi ġodda minn taħt l-art – investiment importanti biex tissaħħaħ l-infrastruttura tal-pajjiż u jitjiebu s-servizzi fit-tul.



Minħabba dawn il-bidliet, is-sewwieqa huma mħeġġa jippjanaw il-vjaġġ tagħhom minn qabel u jużaw rotot alternattivi. Waħda mir-rotot suġġeriti hija dik li tgħaddi minn fuq il-flyover fid-direzzjoni tal-Pietà u l-Belt Valletta.

Infrastructure Malta temmet tappella għall-koperazzjoni tal-pubbliku sabiex dawn ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jitlestew bl-inqas inkonvenjent possibbli.



Ritratti:

Facebook/ Infrastructure Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI