Xhur ta’ stennija se jkunu qed jilħqu l-qofol tagħhom proprju ġimagħtejn oħra hekk kif fil-belt ta’ Vjenna se tkun qiegħda sseħħ is-70 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.
Matul dik il-ġimgħa mistennija jkun hemm tlett serati ewlenin; it-Tlieta u l-Ħamis se jkunu qed iseħħu l-ewwel u t-tieni semi-finali rispettivament, filwaqt li mbagħad is-Sibt isseħħ is-serata finali fejn jiġi magħruf min hu r-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni prestiġjuża.
AIDAN, li din is-sena se jkun qed jirrappreżenta lil pajjiżna fuq il-palk tal-Eurovision, mistenni jkanta fit-tieni semi-finali, jiġifieri nhar il-Ħamis, u se jkun qed ikanta fl-erbatax-il post.
Hu mistenni li madwar 165 miljun ruħ minn madwar id-dinja kollha jsegwu edizzjoni oħra tal-Eurovision.
Intom se ssegwu?
Facebook / AIDAN u Eurovision