It-Talent Malti Jimpressjona Waqt ‘Italia in Musica Festival’, F’Ruma! – Prosit Matthew Hammett, Phyllisienne Brincat u Christian Formosa!

Phyllisienne Brincat

Atmosfera ta’ ċelebrazzjoni u mużika mliet il-belt ta’ Ruma waqt Italia in Musica Festival, fejn ġie ċċelebrat ukoll jum għeluq snin il-President ta’ Gold TV, Gianfranco Sciscione.

L-avveniment, ippreżentat mill-preżentatriċi eleganti Paola Delli Colli, laqa’ diversi mistednin distinti li taw spettaklu varjat u ta’ livell għoli.

Fost dawn kien hemm il-grupp mużikali magħruf I Cugini di Campagna, kif ukoll il-komiku u artist tal-kabaret, Martufello, li saħħaħ l-atmosfera ta’ divertiment.



Importanti wkoll kienet il-parteċipazzjoni Maltija, magħżula mill-manager Dr. Marilanda Maiello, li tat spazju lit-talent lokali biex jispikka fuq palk internazzjonali.



Il-kantanti lokali Phyllisienne Brincat u Christian Formosa, li kantaw fi dwett, kif ukoll il-kantant lokali Matthew Hammett, taw wirjiet impressjonanti fejn interpretaw żewġ kanzunetti bl-aqwa mod possibbli.

Qalgħu applaws kbir u kumplimenti mill-udjenza preżenti, li apprezzat il-kwalità u l-enerġija li ġabu magħhom. Din l-esperjenza kienet prova ċara tat-talent Malti fuq xena internazzjonali.

Prosit kbira!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI