“Giordano Italian Pizza & Restaurant Se Jagħlaq Il-Bibien Tiegħu B’Mod Permanenti Fit-23 Ta’ Frar 2026” – Ħafna Se Jħossu N-Nuqqas Tiegħu

Giordano Italian Pizza & Restaurant ħabbar li se jkun qed jagħlaq il-bibien tiegħu b’mod permanenti fit-23 ta’ Frar 2026, wara snin ta’ servizz u memorji sbieħ mal-klijenti tiegħu.



F’messaġġ emozzjonanti indirizzat lill-klijenti u lill-ħbieb tal-istabbiliment, it-tim spjega li din id-deċiżjoni ma kinitx waħda faċli. “Wara ħafna memorji sbieħ… wasal iż-żmien għal kapitlu ġdid,” kitbu, filwaqt li rringrazzjaw lil dawk kollha li tul is-snin appoġġjawhom, iċċelebraw magħhom u saru parti minn dak li ddeskrivew bħala familja estiża.+



L-istqarrija tkompli tispjega li dan il-kapitlu qed jingħalaq biex jibda wieħed ġdid – b’inizjattiva kummerċjali ġdida li dalwaqt se jitħabbru aktar dettalji dwarha. Antonio Giordano u t-tim tiegħu esprimew l-eċitament tagħhom għal dak li ġej, filwaqt li appellaw lill-pubbliku biex ikompli jsegwihom u jappoġġjahom fil-vjaġġ li jmiss.



Għal ħafna, Giordano ma kienx biss ristorant Taljan iżda post ta’ laqgħat, ċelebrazzjonijiet u mumenti speċjali. Issa, hekk kif joqrob Frar 2026, jibqa’ żmien biex dawk li ilhom japprezzaw dan l-istabbiliment jagħmlu żjara oħra qabel jingħalaq dan il-kapitlu u jibda ieħor ġdid.

Ritratti:

Facebook / Giordano Italian Pizza & Restaurant

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI