“Waqt Li Kont Qed Nipprova Nipproċessa T-Telfa Ta’ Persuna Oħra Li Salvajt, Kelli Nkompli Għaddej – Insalva Seba’ Ħajjiet Oħra.” – Innocent Paws – Maria D’Amato

Klieb

Maria D’Amato titkellem fuq il-midja soċjali dwar il-ħajja ta’ min jiddedika ruħu biex isalva l-annimali kif ukoll l-emozzjonijiet li jgħaddu minnhom.

Hekk stqarret persuna involuta fis-salvataġġ tal-annimali, li waqt li kienet qed tipprova ttaffi l-weġgħa tat-telfa ta’ wieħed mill-annimali li kienet salvat, kellha fl-istess ħin tkompli taħdem biex issalva seba’ ħajjiet oħra.

“In-niket ma jieqafx għall-emerġenza li jmiss, u d-dmugħ ma jistenniex sakemm jintemm ix-xogħol,” sostniet, waqt li fissret kemm hu diffiċli tlaħħaq ma’ taħlita ta’ emozzjonijiet fl-istess ħin.

Fl-istess messaġġ, appellat lill-pubbliku biex jilqa’ seba’ ammissjonijiet ġodda li waslu taħt il-kura tagħha, filwaqt li ħabbret li dalwaqt se tintroduċihom uffiċjalment.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI