Ilbieraħ kien jum speċjali għall-kantanta żagħżugħa Kristy Spiteri hekk kif iċċelebrat għeluq il-21 sena tagħha. F’din l-okkażjoni, hi qasmet mas-segwaċi tagħha riflessjoni dwar kemm inbidlet u kibret matul dawn l-aħħar snin. "21 sena tiegħi," bdiet tikteb Kristy, filwaqt li spjegat kemm tħossha grata meta tħares lura lejn dak kollu li ġabilha magħha din l-aħħar sena.
"Qed inħossni speċjalment grata meta nħares lura lejn dak kollu li ġabitli din l-aħħar sena – tant tkabbir, opportunitajiet ġodda, memorji li ma jintesewx u tant mumenti man-nies li nħobb," kitbet Kristy. Flimkien mal-messaġġ tagħha, hi qasmet ukoll ritratti minn meta kienet iżgħar, li wassluha biex tirrifletti dwar il-vjaġġ li għamlet sa minn dawk iż-żminijiet.
"Huwa inkredibbli kemm jistgħu jinbidlu affarijiet f’sena waħda, u aktar u aktar meta naħseb kemm imxejt ’il quddiem minn meta ttieħdu dawn ir-ritratti ta’ meta kont żgħira." Kristy temmet il-messaġġ tagħha b’ħarsa pożittiva lejn il-futur u lejn il-kapitlu ġdid li issa qed tibda f’ħajjitha.
"Grata ħafna għal dak kollu li għadda, u aktar eċitata għal dak kollu li għad irid jiġi. Għal 21 sena u għal kapitlu ġdid," kitbet hi. Aħna minn Gwida.mt ningħaqdu mal-awguri u nawguraw lil Kristy sena mimlija opportunitajiet, suċċessi u aktar memorji sbieħ. Awguri!
Facebook / Kristy Spiteri