“Verament Xtaqt Li Kont Nafek Brian Għax Illum Stajt Nara Kemm Kont Bniedem Twajjeb U Maħbub Minn Ħafna” – Kevin Borg

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-kantant Kevin Borg qasam messaġġ wara l-funeral ta’ Brian Cassar li ħalla din id-dinja riċentament.

Hu qal, “Illum filgħodu kantajt fil-Funeral ta’ Mr Brian Cassar ġewwa l-parroċċa ta' San Lawrenz fil-Birgu. Verament xtaqt li kont nafek Brian għax illum stajt nara kemm kont bniedem twajjeb u maħbub minn ħafna. Kienu ħafna dawk li ġew jagħtu l-aħħar tislima tagħhom u ma kienx hemm fejn toqgħod persuna oħra ġewwa l-parroċċa. Minn qalbi noffri l-kondoljanzi tiegħi lill-familja u ħbieb kollha tiegħu. Strieħ Fis-Sliem Għażiż Brian.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha tiegħu.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI