“Grata Ħafna Li Għandi Lilek Bħala Oħti U L-Aqwa Ħabiba Tiegħi. Nawgura Aktar Daħk, Kaos, U Mużika Bla Tmiem. Inħobbok Dejjem” – Fatima Lil Oħtha Mabrouka

Mabrouka Kayati

Fil-messaġġ tagħha, Fatima awgurat lil oħtha Mabrouka, li ssejħilha “ċ-ċkejkna tal-familja”, għalkemm, kif qalet b’umoriżmu, ħafna drabi n-nies jaħsbu li hi l-akbar waħda fosthom.

Il-kantanta mid-duo Kayati faħħret lil oħtha għad-determinazzjoni, il-kuraġġ u l-ħidma tagħha, u ddeskrivietha bħala mara b’ħafna talenti.



Fl-għeluq tal-messaġġ tagħha, Fatima rringrazzjat lil oħtha talli hija mhux biss oħtha iżda wkoll l-aqwa ħabiba tagħha, filwaqt li awguratilha aktar mumenti ta’ daħk, avventuri u mużika flimkien fis-snin li ġejjin.



“Inħobbok dejjem,” temmet tikteb Fatima fil-messaġġ tagħha. Qasmet diversi ritratti mill-passat għall-okkażjoni.

Awguri mill-qalb Mabrouka!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI