Illum huwa jum tassew memorabbli għall-koppja bravissima Ivan u Simone De Battista hekk kif bħal-lum qalu s-signor si. Dan huwa s-26 sena anniversarju tagħhom miżżewġin.
“Illum, it-28 ta’ Mejju… 26 sena mit-tieġ! Bħal-lum sena konna qed niċċelebraw l-Anniversarju tal-Fidda, imma l-verità hi li kull sena miegħek, Simone, hija tad-deheb. Grazzi li sena wara l-oħra tibqa’ l-aqwa ħabiba tiegħi, l-ankra tal-familja tagħna, u l-akbar imħabba ta’ ħajti.”
Ivan ikompli jikteb, “Vjaġġ li beda b’wegħda u kiber f’ħajja ta’ ħolm, imħabba, sfidi, u mumenti indimentikabbli. Awguri f’dan il-jum speċjali, qalbi. Għal ħafna snin oħra flimkien!”
It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lil Ivan u Simone l-isbaħ affarijiet!
Facebook/ Ivan De Battista