Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom l-Għaqda Tan-Nar San Nikola għadhom kif ħabbru t-telfa ta’ raġel li tant ta mħabbtu u ħin minn ħajtu għal din il-komunità, George. Huma sellmu l-memorja tiegħu u rringrazzjawh mill-qalb ta’ dak kollu li għamel mill-qalb magħhom.
“B’sogħba kbira nħabbru l-mewt ta’ George Agius (Iċ-Ċimblu), President tal-Għaqda tan-Nar San Nikola. Bniedem eżemplari u ħabbrieki li kulħadd ser iħoss it-telfa tiegħu. Grazzi George għal dawn is-snin kollha li tajt kontribut lill-Għaqda, kont sinonimu mal-Għaqda. Dejjem bi tbissima u b’kariżma kbira. Strieħ fis-sliem.”
Iħabbru wkoll id-dettalji tal-funeral. “Kondoljanzi lill-familja tiegħu. Il-funeral ta’ George ser isir fil-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi għada t-Tnejn 20 ta’ Settembru 2021 fl-4.00pm.”
Strieħ fis-sliem għażiż George. Kondoljanzi mingħandna lill-familjari, qraba u ħbieb.