“Grazzi Għall-Istudenti Tal-Kulleġġ Santa Klara Primarja Gżira” – Missier Jake Vella

Josie Vella, missier it-tfajjel mibki Jake Vella, irringrazzja l-qalb tajba tal-istudenti tal-Kulleġġ Santa Klara. Jake kellu post speċjali f’qalbu għall-annimali, u kontinwament kien iħeġġeġ lis-segwaċi tiegħu biex jagħtu d-donazzjonijiet u jaddottaw.

L-istudenti ta’ Santa Klara ħadu l-ispirazzjoni tagħhom mid-determinazzjoni li kellu Jake biex jgħin lill-annimali, u ġabru d-donazzjonijiet għall-AAA.

Josie Vella kiteb, “Grazzi għall-istudenti tal-Kulleġġ Santa Klara Primarja Gżira, fejn organizzaw quddiesa għal ruħ Jake Vella u ġabru l-ikel għall-Association for Abandoned Animals fejn Jake kellu għal qalbu ħafna. Grazzi ħafna lil Andrew Zahra tal-organizzazzjoni.”



Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti li wkoll irringrazzjaw lil dawn l-istudenti tal-ġest nobbli li għamlu. Tassew għandhom qalb tad-deheb.





Ritratti:

Facebook / Josie Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI