Johan Mifsud kiteb messaġġ emozzjonali mill-qalb lin-nanna tiegħu f’jum għeluq sninha, fejn irringrazzjaha ta’ kemm tagħmel miegħu u l-imħabba li tagħtih.
Hu kiteb, “Happy Birthday lir-Reġina tal-familja tagħna. Inħobbok ħafna!! Għalkemm m’għadnix nista’ nkun miegħek bħal qabel, għax issa l-baħar firidna, l-imħabba li tajtni u ġeżwirtni fiha ma titlaqni qatt. Ħadd u qatt ma jieħodlok postok, u inti għalija dejjem tibqa’ number one, għax meta kollox kien ħażin, għandek jien dejjem sibt il-faraġ. Ħsiltni, tmajtni, libistni, smajtni, u l-iktar ħaġa importanti: dejjem xtaqt tarani kuntent!! Kont dak kollu li kelli nieqes, minn kull aspett, u għal dan nibqa’ dejjem grat lejk. Inħobbok ħafna, ġmiel tiegħi xxx”.
Nawgurawlha mill-qalb! Nisperaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ!
Facebook / Johan Mifsud