“Grazzi Sinċiera Tal-Kontribut Kontinwu Tagħkom U Tax-Xogħol Siewi Li Twettqu B’Tant Serjetà U Rispett Lejn Il-Komunità.” – Il-Kunsillier Luke Doublet

Luke Doublet

Cleans Malta kontinwament qed jaħdmu bla waqfien biex ikollna l-indafa madwarna u fejn ikun hemm bżonn tindif ikunu minn tal-ewwel.

Hi xi ħaġa sabiħa li tara kunsilliera, sindki u persuni prominenti jesprimu l-apprezzament lejn dawn il-ħaddiema prezzjużi, u Luke Doublet huwa wieħed minnhom.

Il-kunsillier miż-Żejtun kontinwament jesprimi gratitudni lejn dawn il-ħaddiema beżlin u rispettabbli.

“Nixtieq nesprimi l-apprezzament sinċier tiegħi lejn is-sweepers u l-ħaddiema kollha tat-tindif li kuljum iwettqu xogħolhom b’dedikazzjoni fit-toroq ta’ Żejtun… Grazzi sinċiera tal-kontribut kontinwu tagħkom u tax-xogħol siewi li twettqu b’tant serjetà u rispett lejn il-komunità.”

Qasam anke ritratti tax-xogħol kbir li sar dan l-aħħar. Hu grat lejn l-impenn professjonali li dejjem joffru fil-komunità. Prosit Luke ta’ dawn il-messaġġi li qed taqsam, u Prosit lill-ħaddiema kollha fi ħdan Cleans Malta!







Ritratti:
Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI