"Grazzi Talli Dejjem Qiegħda Hemm" – Michael Stivala fuq Ines F'Għeluq Sninha

L-attriċi simpatika u bravissima Ines Farrugia illum tiċċelebra għeluq sninha. Kienu bosta l-atturi u sħabha li kitbula messaġġ ta’ awgurju. Laqatna b’mod partikolari l-messaġġ li l-Attur Michael Stivala kitbilha. Ines u Michael ilhom ħbieb kbar minn mindu Michael kellu 16-il sena. Ħadmu flimkien ta’ spiss u kemm-il darba jċemplu lil xulxin għal ftit wens. Michael kiteb, “Grazzi għas-sapport kontinwu tiegħek għax qas nilħaq ngħidlek li ħa nieħu sehem f’xi ħaġa li ma ssaqsinix min ġej ħa tiġi magħhom”.

Ines rajnieha tinterpreta ħafna karattri ħelwin fosthom f’Meta Jonfoħ ix-Xlokk, F’Baħar Wieħed, Katrina u F’Ġieħ L-imħabba fost ħafna oħrajn.

Aħna nawguraw aktar snin ta’ reċtar, imħabba u kuntentizza lil din l-attriċi ġentili. Awguri Ines!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI