“Grazzi Talli Ttrattajtni Bħala Parti Mill-Familja Tiegħek” – Il-Kunsillier Tar-Rabat Isellem Lil Betty

Bosta qed jibku t-telfa tar-Rabtija magħrufa bħala Auntie Betty, li llum marret għall-ħajja ta’ dejjem. 

Il-Kunsillier tar-Rabat Ian Vassallo Hagi kitbilha messaġġ fuq il-midja soċjali. Hu qal: “Grazzi tal-memorji mill-isbaħ li qattajna flimkien meta konna iżgħar fosthom il-hikes sbieħ man-neputijiet tiegħek. M’aħniex relatati mid-demm imma grazzi talli ttrattajtni bħala parti mill-familja tiegħek għażiża zija Betty!”





Persuna oħra kkummentat: “Hekk kienet… zija mill-isbaħ u ħabiba ta’ ħafna. Se nimmisjawk.” 

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Betty, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tagħha. Strieħ fis-Sliem għażiża. 

Facebook/Ian Vassallo Hagi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI