PG Group ħabbret li supermarket ġdid taħt il-marka PAVI-PAMA se jkun qed jiftaħ il-bibien tiegħu f’San Ġiljan bħala parti mill-proġett mill-kumpess il-ġdid li se jiftaħ fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.
Dan se jkun pass ieħor importanti għall-grupp, li diġà jmexxi ż-żewġ supermarkets popolari PAVI f’Ħal Qormi u PAMA fil-Mosta. Is-supermarket il-ġdid huwa mistenni jservi kemm lir-residenti taż-żona kif ukoll lill-eluf ta’ persuni li jżuru San Ġiljan kuljum.
Il-kumpless il-ġdid mhux se jinkludi biss is-supermarket, iżda wkoll diversi ħwienet, ristoranti u stabbilimenti tal-ikel. Madankollu, il-ftuħ ta’ supermarket ġdid ta’ PAVI-PAMA qed jitqies bħala wieħed mill-elementi ewlenin tal-proġett.
Il-kumpless kummerċjali se jkun operat minn DB Gauci Shopping Mall Ltd, kumpanija li fiha PG Group għandha 60% sehem filwaqt li db Group għandha l-40% l-oħra. Għalkemm għadha ma tħabbritx id-data uffiċjali għall-ftuħ, il-proġett mistenni jilqa’ l-ewwel klijenti tiegħu fil-ġimgħat li ġejjin.
Meta jiftaħ, dan se jkun l-ewwel supermarket ta’ PAVI-PAMA fiż-żona ta’ San Ġiljan, u mistenni joffri għażla wiesgħa ta’ prodotti f’wieħed mill-aktar lokalitajiet traffikużi u popolari f’Malta.