Il-kantanta lokali Eleanor Cassar, li ftit tal-jiem ilu saret omm għat-tielet darba kitbet li llum hi, “Ġurnata oħra ta’ ċelebrazzjoni fil-familja tagħna… Awguri lir-raġel tiegħi Carl. Nawguralek ħafna affarijiet sbieħ f’ħajtek speċjalment is-saħħa. Grazzi ta’ kollox li tagħmel għalina.”
Ftit tal-jiem ilu, il-koppja wkoll iċċelebraw għeluq snin it-tifla l-kbira taghom. F’temp ta’ ftit jiem tliet membri jiċċelebraw għeluq sninhom. Għandha spiża kbira Eleanor b’dawn ir-rigali kollha f’perjodu tant qasir imma ngħiduha kif inhi dejjem tista’ torganizza ċelebrazzjoni waħda!
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Carl l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u nittamaw li jkollu ġurnata mżewqa kif tixtieq qalbu. Naf żgur li biċ-ċkejken il-ġdid, flimkien maż-żewġ ulied u martu ħa jkun qed igawdi dan il-jum kif inhu xieraq.
Facebook / Eleanor Cassar