Ħafna Mnikkta Bil-Mewt Ta' Anna Lanczet Li Kienet Taħdem Fi Ħdan L-Awtorità Maltija Għat-Turiżmu

Gavin Gulia, ic-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ħabbar il-mewt ta’ kollega minn tagħhom, Anna Lanczet. Huwa ħalla messaġġ mill-qalb dwar Anna u offra l-kondoljanzi tiegħu lil waħda minn tagħhom.

Hu kiteb, “L-għażiż tagħna Anna Lanczet, Manager fil-Product Development Unit tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Gradwat fl-MBA, professjonista dedikata u ħabrieka b’aktar minn 20 sena esperjenza fl-industrija tat-turiżmu. Ħa nimmisjawha ħafna fl-MTA. Bħala Chairman u f’isem il-Bord tad-Diretturi, il-Bord tat-Tmexxija u l-istaff kollu l-iktar kondoljanzi sinċieri tagħna lill-familja u l-qraba tagħha. J’Alla jagħtiha l-mistrieħ ta’ dejjem.”

Aħna f’isem Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u l-kollegi ta’ Anna. Strieħ fis-sliem.





Facebook / Gavin Gulia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI