Għawdex, il-gżira li ħafna kienu jqisuha li għadha ma ġietx daqshekk affetwata mill-progress iżda dan ir-ritratt taf ibiddlilkom l-opinjoni tagħkom kollha. Ir-rotunda tax-Xewkija kienet tidher fil-glorja kollha tagħha iżda dan il-bini li tiela’ qed jgħatti lil din il-knisja meraviljuża.
Ħafna fuq ir-ritratt ikkummentaw dwar l-iżvilupp ġewwa Għawdex, u kien hemm saħansitra min qal li l-iżvilupp fil-gżira Għawdxija ħa jkollu impatti ħafna ikbar minn dak li qed isir f’Malta! Jidher li dak il-bini, qed jiġi mibni biex ikun ċentru ta’ negozju għal negozji żgħar iżda l-impatt viżiv hu wieħed kbir.
X’taħsbu intom?
Instagram / marycharlebois