“Ħafna Żmien Ilu…” – L-Attur Lokali Bravissimu Henry Zammit Cordina B’Ritratt Mill-Passat F’Għeluq Sninu

Henry Zammit Cordina

L-attur lokali Henry Zammit Cordina jiċċelebra għeluq sninu. Kif tafu Henry jiġi t-tifel tal-preżenatriċi u attriċi Josephine Zammit Cordina u tul is-snin rajnieh f’diversi produzzjonijiet, kemm dawk lokali u kemm dawk internazzjonali, mit-televiżjoni għaċ-ċinema.

Id-dinja tal-ispettaklu żgur li hi għal qalb Henry u jagħmel kollox b’tant u tant passjoni. Fost il-produzzjonijiet lokali li ħa sehem fihom Henry hemm La Farfalla, Undercover, Deja Vu, Ħbieb u Għedewwa, Il-Klinika u Bizzilla

Henry kiseb bosta suċċessi anke barra minn xtutna. Sena ilu, fi Frar li għadda kellu l-parti prinċipali ġo produzzjoni Awstraljana. Hu siefer lejn l-Awstralja biex jaħdem fil-film bl-isem ta’ NANNU

Ifforma anke parti minn film li rċieva ħames nominazzjonijiet f’Los Angelis fejn saħansitra kellu l-parti ewlieni.

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u nittamaw li jkollu sena mimlija b’ħafna ferħ, paċi u mħabba!







Ritratti:

Facebook/ Henry Zammit Cordina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI