Graziella Arding ċċelebrat għeluq il-21 sena ta’ bintha Alaizah permezz ta’ messaġġ emozzjonanti li qasmet fuq il-midja soċjali. Fil-messaġġ tagħha, Graziella ddeskriviet din il-ġurnata bħala pass importanti ħafna fil-ħajja ta’ bintha u qalet kemm hi kburija bil-mara żagħżugħa li saret illum.
Hija stqarret li matul is-snin, Alaizah ġabet ħafna mħabba, ferħ u kuntentizza f’ħajjitha, filwaqt li żiedet li wieħed mill-akbar privileġġi tagħha kien li taraha tikber, titgħallem u ssegwi l-ħolm tagħha.
Graziella awgurat lil bintha biex f’dan il-kapitlu ġdid ta’ ħajjitha tħaddan kull opportunità li tiġi quddiemha, temmen aktar fiha nnifisha u tibqa’ ssegwi dak li jgħidilha qalbha. Hija xtaqitilha wkoll futur mimli daħk, suċċessi, avventuri u memorji sbieħ.
“Minkejja kemm tikber, dejjem tibqa’ t-tifla ċkejkna tiegħi, u jien dejjem se nkun hawn biex ninkuraġġik,” kitbet Graziella. Fi tmiem il-messaġġ tagħha, hija esprimiet l-imħabba kbira li għandha għal bintha u awguratilha l-isbaħ xewqat għal għeluq sninha kif ukoll futur sabiħ daqsha.
Minn naħa tagħna, ningħaqdu fl-awguri lil Alaizah fl-okkażjoni tal-21 sena tagħha.
Facebook / Graziella Arding