“Ħalliena N-Nannu Pawlu… Ġimgħa Ilu Għalaq 89 Sena” – Wayne Aqulina Jħabbar Telfa Għażiża Mmens

Is-Sindku tal-Kalkara u preżentatur maħbub Wayne Aquilina, fuq il-mezzi soċjali tiegħu kmieni dalgħodu ħabbar il-mewta tal-għażiż nannuh. Wayne kiteb, “Ħalliena n-nannu Pawlu, magħruf ma’ bosta Kalkariżi. Ġimgħa ilu għalaq 89 sena, iżda kien ilu minn dakinhar jieħu l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu. Ftit tas-siegħat ilu, l-Mulej għoġbu jsejjaħlu biex imur ħdejh.”



Hu jżid, “Ħafna memorji sbieħ tan-nannu Pawlu jiġu quddiemi bħalissa. Memorji, li ħafna minnhom inniesluli tbissima, bħal f’dan ir-ritratt meta wara l-ewwel darba li tlajt Sindku wassaltu sad-dar. Kien ferħan se jtir għax dejjem xtaq jarani mmexxi r-raħal li tant ħabb; il-Kalkara.”



Hu jtemm, “Strieħ fis-sliem Nannu u grazzi ta’ dak kollu li għamilt magħna.” F’isem it-tim ta’ Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil Wayne u l-kumplament tal-familja. Ċertament li hi telfa għażiża għalihom u se jħossu n-nuqqas tiegħu mmens. Strieħ fil-paċi Pawl.



Ritratti:

Facebook / Wayne Aquilina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI