F’filmat li ħareġ fuq il-midja, uffiċjal tal-pulizija ntlemaħ jilgħab bil-ballun ma’ tifel waqt il-festa ta’ Raħal Ġdid.
Ħafna faħħru lil dan l-uffiċjal għall-ġest nobbli tiegħu li żgur nissel tbissima f’fomm it-tifel. Kien hemm ukoll min saħaq li hekk għandu jkun u li l-pulizija għandhom ifittxu, bħalma diġà qed jagħmlu, li jkunu ta’ servizz għall-komunità b’mod speċjali b’ġesti bħal dawn.
Din ukoll mhijiex l-ewwel darba li f’filmati li ħarġu fuq il-midja soċjali, uffiċjali tal-pulizija ntlemħu jmorru lil hinn minn xogħolhom sabiex jiżguraw li jkunu ta’ servizz għan-nies.
View this post on Instagram
Prosit tassew!
Ritratti: Instagram / MaltaDaily