L-ikona Maltija Eileen Montesin, tellgħet vidjo li qajjem il-kurżità fost dawk li jsegwuha fuq Facebook. Jidher li t-tifla tagħha, Christine Haber, qed tipprepara xi ħaġa għall-iskrins tat-televiżjoni tagħna.
Il-filmat juri lil Christine fuq bank f’ġnien, meta f’daqqa waħda jdoqqilha l-mobile. Hija twieġeb b’“Hello! Min hemm?”
Imbagħad, jidhru l-kliem ‘mill-ħarifa fuq NetTV’. X’taħseb li se jkun dan il-proġett il-ġdid u eċċitat/a għalih?
Facebook / Eileen Montesin / Net Tv