Il-preżentatue Ivan Gaffier kien onorat bl-istedina li kellu nhar il-Ħadd 17 t’Awissu hekk kif ġie mistieden għall-preżentazzjoni tas-CD ġdida ta’ Soċjetà Mużikali Stella Maris Sliema. Apparti xi ħaġa li apprezzaha, kellu tifkira wkoll fl-istess CD.
“F’dan is-CD li fih diversi marċi sbieħ, hemm ukoll marċ miktub min-Nannu tiegħi Mro Micheal Zammit. Grazzi lil dawk li għamlu dan u grazzi lill-onorevoli Micheal Falzon għal din il-preżentazzjoni.”
Ġest sabiħ ħafna, speċjalment għall-fatt li hemm it-talent tal-familjari tiegħu involut.