L-internet fl-aħħar qed jiġi espost għall-krudeltà li qed isseħħ fil-laboratorji tar-riċerka tad-ditti favoriti tiegħek. Titwemminx jew le, fl-2026, ħafna mill-prodotti fid-dar tiegħek, (minn toothpaste, għall-makeup, sa’ deterġenti) għadhom qed jiġu ttestjati fuq l-annimali.
Filmati miksuba minn attivisti tal-annimali jesponu l-krudeltà u t-tortura inkonċepibbli li jgħaddu minnhom dawn l-annimali li jinkludu jgħamuhom intenzjonalment, espożizzjoni għal tossini u kimiċi fatali, u attività barbarika oħra.
Ix-xahar li għadda twettqet operazzjoni fejn 1,500 beagle ġew salvati minn attivisti tal-annimali f’Wisconsin. Madankollu fir-Renju Unit, attivisti ġew sparati b’balal tal-gomma u arrestati.
Huwa importanti ħafna li wieħed jagħmel riċerka dwar liema prodotti għadhom qed jiġu ttestjati fuq l-annimali u li jibbojkottjahom kompletament.