Sfortunatament ħarġet l-aħbar li ħallietna Josephine Xuereb. Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola kitbet messaġġ ta’ dedikazzjoni.
“L-aħħar li ltqajt ma’ Josephine kien xahar ilu, waqt il-kampanja elettorali,” hi kitbet. “Għalkemm kienet għaddejja minn sfidi kbar, ma ħalliet qatt iċ-ċirkostanzi jaqtgħulha qalbha. Kienet hemm, bħalma dejjem kienet, tagħti l-appoġġ, l-enerġija u l-impenn tagħha lill-Partit Nazzjonalista.”
“Fil-ħidma politika tagħha, kienet tibni fuq l-esperjenzi tagħha bħala infermiera, dejjem qrib il-familji, il-ġenituri u t-trabi. Kienet mara li tara t-tajjeb f’kulħadd u li tħalli marka pożittiva ma’ kull min jiltaqa’ magħha.”
“Josephine tibqa’ fil-memorja ta’ kull min jafha bħala persuna ta’ kuxjenza, rieda soda u inizjattiva.
Strieħ fis-sliem, Josephine. Din is-sena, il-festa ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ, raħal li tant kien għal qalbek, mhux se tkun l-istess.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi lill-qraba u ħbieb.
Facebook / Roberta Metsola / Josephine Xuereb