“Ħin Minnhom Saħansitra Ħassejna L-Ajruport Jitheżżeż Bl-Attakki… Bżajt Verament Li Se Mmut!” – Eric Grech

Intervistat fuq Popolin, l-attur Malti Eric Grech tkellem dwar esperjenza xejn pjaċevoli li kellu jgħaddi minnha ftit jiem ilu hekk kif sab ruħu mwaħħal f’ajruport f’Dubaj eżattament ftit sigħat wara li bdiet il-gwerra fil-Lvant Nofsani.

Eric jispjega li minħabba s-sitwazzjoni preżenti għadd ta’ titjiriet bdew jiġu kkanċellati u minħabba f’hekk kellu jagħmel ‘il fuq minn 12-il siegħa jistenna fl-ajruport. Jistqarr li dawn is-sigħat kienu kkaraterizzati minn sens qawwi ta’ biża’ u ansjetà.

L-attur Malti jirrakkonta kif f’xi mumenti tilef ukoll kull kuntatt mal-membri tal-familja tiegħu hekk kif minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, l-uffiċjali ta’ Dubaj bdew ukoll jirrestrinġu l-użu tal-mowbajl. Isemmi kif anke għall-familjari tiegħu din kienet esperjenza kiefra ferm.

“Meta mbagħad tlajna fuq l-ajruplan għamilna tlett kwarti oħra nistennew fir-runway… dak il-ħin bdejt nitlob ħafna lill-Bambin u lil ommi għax verament bżajt li se mmut,” jistqarr Eric emozzjonat.

Kompla jsemmi li meta b’xorti tajba wasal lura Malta qawwi u sħiħ infexx jibki bil-ferħ. Eric ifisser b’sinċerità li ma jixtieq lil ħadd li jgħaddi minn din l-esperjenza.



Kuraġġ, Eric!





Ritratti:

Facebook / Popolin u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI