“13-il Sena Flimkien, U Għal 13-il Sena Għażilna Dejjem Lil Xulxin. Inħobbok Qalbi Tiegħi” – Malcolm Pisani Lill-Imħabba Ta’ Ħajtu, Kim

Malcolm u Kim

Il-kantant lokali Malcolm Pisani kiteb messaġġ mill-qalb biex jawgura lill-imħabba ta' ħajtu, Kim, li llum jagħlqu 13-il sena fi vjaġġ ta' mħabba flimkien.



Qasam ritratti mill-isbaħ flimkien magħha għall-okkażjoni, u kif ukoll iddedikalha kelmtejn. "13-il sena flimkien, u għal 13-il sena għażilna dejjem lil xulxin. Inħobbok qalbi tiegħi."

Nawgurawlhom mill-qalb ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI