Bil-Filmat: “Ejja Nkunu Pożittivi. Ejja Naraw Is-Sabiħ Fin-Nies. Kulħadd Għandu S-Sabiħ” – Ben Camille

Ben Camille

Fost il-kummenti negattivi li ġew ippubblikati fuq il-midja soċjali dwar diversi islanders, speċjalment dan l-aħħar dwar Amy u Drinu, kien hemm anke kummenti li jagħmlu aktar ġid.

Wieħed minnhom kien dak ta' Liam Cini, li Ben innifsu sellimlu u feraħlu għall-kumment li ħalla fejn jiġbed l-attenzjoni tan-nies biex waqt li jesprimu l-opinjoni tagħhom, joqogħdu attenti li ma jweġġgħux lil dak li jkun, għax dak li jintqal mhux la kemm tieħdu lura - "Ejja ma nkunux aħna kawża ta' traġedja..."



Ben jifraħ lil Liam u joħroġ minn dan il-kumment l-importanza li naraw anke s-sabiħ ta' persuna. "Liam Cini, ma nafekx imma ħaqqek medalja u ħafna iktar. Nistgħu ndumu ħafna ħin hawn nikkummentaw fuq il-kummenti l-ħżiena, u l-attakki personali, li bla dubju ta' xejn ma naqbilx magħhom, u naf li ħafna nies hemm barra ma jaqblux magħhom..."

Ikompli, "Ejja nkunu pożittivi. Ejja naraw is-sabiħ fin-nies. Kulħadd għandu s-sabiħ." Isemmi li kellu ċ-ċans anke jitkellem ma' Amy u Drinu, li t-tnejn li huma għandhom ħafna sabiħ fil-karattru tagħhom.

Segwi l-filmat hawn taħt:

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI