Iċ-Ċelebrazzjoni Tal-Ħajja Ta’ Sandro Grech Se Ssir Nhar Is-Sibt 14 Ta’ Marzu

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Parroċċa San Sebastjan – St Sebastian Parish – Qormi ħabbru d-dettalji tal-funeral ta’ Sandro Grech li ħalla din id-dinja riċentament.

Huma qalu, “Il-Parroċċa b’niket tħabbar il-mewt ta’ Sandro Grech fl-età ta’ 41 sena. Iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja tiegħu se ssir nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu fit-8:00am fil-Knisja Arċipretali ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem; id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fil-paċi.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tiegħu. Jistrieh fis-sliem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI