Ftit tal-jiem ilu fl-20 ta’ Jannar iċ-ċkejken Gianni Stafrace Coldman, iċċelebra għeluq id-9 snin tiegħu b’mod kemxejn differenti mis-soltu.
Minflok rigali, Gianni għażel li jagħmel donazzjoni ta’ €270 lill-għaqda volontarja ta’ Puttinu Cares, sabiex jgħin tfal oħra li jinsabu għaddejja minn mumenti diffiċli.
Din id-deċiżjoni ġeneruża u altruwista turi kemm anke minn età żgħira wieħed jista’ jagħmel differenza kbira fil-ħajja ta’ ħaddieħor. Il-ġest ta’ Gianni hu xhieda ta’ qalb tajba u sens qawwi ta’ solidarjetà fi ħdan il-poplu Malti.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Puttinu cares taw l-awgurju u l-isbaħ xewqat lil Gianni kif ukoll irringrazzjawh talli ħaseb fi tfal oħra fil-ġurnata tiegħu. Il-ġest ta’ Gianni huwa bla dubju eżempju sabiħ li ispira bosta individwi.