Minn dejjem niftakru l-girlandi bħala parti mit-tiżjin tal-Milied, iżda fil-verità, kemm nafu dwarhom? Il-paġna tad-Dipartiment tal-Informazzjoni qasmet tagħrif dwar dan.
“Il-girlandi għandhom storja twila! Fi żmien ir-Rumani kienu jingħataw bħala premjijiet għar-rebħiet militari, filwaqt li bil-kuruni tar-rand u taż-żebbuġ inkurunaw ir-rebbieħa tal-Olimpjadi,” huma kitbu.
“Il-girlanda tal-Avvent hu maħsub li oriġinat mill-Ġermanja, bl-ewwel użu kien proprju fl-1833, meta kienet tinxtegħel xemgħa f’girlanda kull nhar ta’ Ħadd waqt li tingħad l-istorja tat-twelid ta’ Ġesu tarbija – tradizzjoni li għadna naraw sal-lum.”
“Sas-seklu 19, il-girlandi bdew jidhru fuq il-bibien ta’ barra bħala “ċrieki ta’ merħba,” mżejna bi ċfuf u dekorazzjonijiet tal-Milied.”
DOI / Daniel Scicluna