Idaħħlu 6 Personalitajiet Fil-Villa Ta’ Love Island Biex Jesperjenzaw Xi Tfisser Li Jkollok L-ALS

Inizjattiva li ħadet il-ħajja matul dawn l-aħħar 24 siegħa għenet lil sitt personalitajiet Maltin jifhmu aħjar x’inhi t-tbatija li persuni li jbatu bil-kundizzjoni tal-ALS jgħaddu minnha ta’ kuljum.

Miriana Conte, il-Briefcase Man, il-Muxu, Peter Carbonaro u Jay ta’ Big Brother kienu s-sitt uċuħ familjari li laqgħu din l-isfida li ġiet organizzata mis-sit Lovin Malta bil-għan li jinġabru fondi b’risq DAR Bjorn.

L-isfida bdiet proprju lbieraħ fis-sigħat ta’ waranofsinhar fejn, filwaqt li tliet parteċipanti ngħataw ir-rwol ta’ carers, it-tlieta l-oħra ngħataw l-isfida li jgħixu għal ġurnata sħiħa b’sintomu partikolari tal-ALS.

Matul l-isfida, is-sitt personalitajiet bidlu r-rwoli tagħhom sabiex b’hekk jifhmu aħjar minn perspettivi differenti kemm hija krudili din il-kundizzjoni newroloġika.

Ritratti:

Facebook / Lovin Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI