Ġimgha Biss Il-bogħod Minn Wieħed Mill-akbar Kunċerti Fi Xtutna!

Proprju bħal-llum ġimgħa, nhar l-Erbgħa 22 ta' Lulju ġewwa l-Furjana, Malta ser tilqa' bosta kantanti u mużiċisti għal darba oħra fil-kunċert popolari Isle of MTV. Dan il-kunċert ilu jsir f'pajjiżna għal dawn l-aħħar dsatax il-sena, fejn fis-sena 2007, Malta laqgħet għall-ewwel darba lil Akon, Maroon 5 u Enrique Iglesias, tliet artisti li s-suċċessi tagħhom baqgħu jissemmgħu sal-lum il-ġurnata. Bosta turisti jiġu fi xtutna sabiex jattendu għal dan il-kunċert famuż li jiġi organizzat kull sena.

Din is-sena, ġewwa pajjiżna ser nilqgħu lil Katy Perry, kantanta Amerikana li kisbet suċċessi kbar madwar id-dinja kollha, filwaqt li magħha ser jingħaqad ukoll Afrojack, DJ Olandiż li fil-karriera tiegħu ħadem ma' bosta artisti popolari fosthom Beyonce', Madonna u David Guetta

Minn aspett lokali, din is-sena ser ikantaw Aidan, ir-rebbieħ tal-Malta Eurovision Song Contest tas-sena 2026, flimkien ma' Jamie Cardona, ir-rebbieħ ta' Mużika Mużika tas-sena 2025, u Mychael Bartolo Chircop, li rajnieh għall-ewwel darba din is-sena jipparteċipa fil-Malta fil-Malta Eurovision Song Contest.

Nawgurawlhom kull suċċess kemm għal dan il-lejl tant mistenni kif ukoll għall karriera futura tagħhom!

Ritratti: Facebook/Isle of MTV Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI