"Idealment Aħna N-Nisa Ma Naħdmux Matul It-Trobbija Ta' Wliedna" – Steph Rodgers

Il-personalità lokali Steph Rodgers saħqet li fil-fehma tagħha huwa ideali li l-ommijiet ma jaħdmux fil-perjodu meta jkunu għadhom qed irabbu lil uliedhom.

Madankollu hi rrikonoxxiet ukoll li llum il-ġurnata jeżistu sfidi finanzjarji li kważi jipprojbixxu lill-omm milli tagħmel dan.

“Nemmen li qabel il-mara kellha ħajja ferm aktar trankwilla, d-dar issajjar filwaqt li tistenna lil uliedha jaslu mill-iskola… bl-ispejjeż tal-lum dan sar diffiċli,” kompliet tispjega Steph fl-isfond ta’ dibattitu waqt Popolin.

Hi saħqet ukoll li preferibbilment hija l-omm li tingħata l-opportunità li ma taħdimx sabiex tieħu ħsieb ta’ wliedha minħabba l-istint naturali tagħha.





Intom x’taħsbu dwar dan?

Instagram / Steph Rodgers u Pexels



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI