Ikkonfermat Li L-Hantavirus Mhijux Se Jwassal Għal Pandemija Oħra Bħal Dik Tal-Covid-19

L-aħbar li abbord vapur tal-passiġġieri nxtered f’kemm trodd salib il-hantavirus ħalliet lil bosta jhewdnu jekk l-istorja hijiex se tteni ruħha u jekk allura d-dinja hux se tkun qiegħda taffaċja pandemija oħra simili għal dik tal-COVID-19.

Dalgħodu, rappreżentanta tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa serħat ras bosta hekk kif ikkonfermat li l-hantavirus mhijux se jwassal għal pandemija oħra. Hi saħqet li dan il-virus huwa “kompletament differenti” u żgurat lill-popli tad-dinja li l-professjonisti tas-saħħa jafu dan il-virus sew.

Fi kliemha hi kompliet tispjega li l-hantavirus ilu fostna għal bosta snin u għaldaqstant wieħed m’għandux għaliex jinkwieta għaliex diġà hemm ħafna dettalji dwaru.

“Irrid inkun ċara bl-iżjed mod possibbli; din mhijiex l-epidemija tas-SARS u lanqas hija l-pandemija tal-COVID-19,” tenniet ir-rappreżentanta tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.







Ritratti:

YouTube / The Independent u X / Mario Nawfal

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI