Bil-Filmat: “Aħna Nemmnu Fik” – Pina Tkompli Tiġġieled Għal Ħajjitha

Grazzi għall-qalb kbira ta’ Christa Cilia, l-kelba Pina qed jerġa’ jkollha ċ-ċans ta’ ħajja aħjar. Bħalissa qed tiġġieled għal ħajjitha u tipprova tirkupra mill-kundizzjoni orribbli li kienet fiha. “Aħna nemmnu fik,” kitbet Christa ma’ filmat li tellgħet.

“Din hija r-realtà ta’ ħafna klieb abbandunati u traskurati. Sakemm xi ħadd finalment jgħinhom, ġisimhom ikun diġà qed jiġġieled biex jgħix,” kompliet tgħid Christa.

“Pina qattgħet il-ġurnata tieħu l-fluids għand il-vet u għada se jkollha bżonn aktar hekk kif il-fejqan tagħha jibda bil-mod. Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil kull min qed jgħin, jagħti donazzjonijiet u jaqsam il-posts tagħha. Il-ġenerożità tagħkom qed tagħti lil Pina ċans li tfiq u tibda ħajja ġdida, u napprezza ħafna kull persuna li qed tipprova tgħin.”

Min jixtieq jagħti donazzjoni, jista’ permezz ta’ BOV jew Revolut fuq 77270610. “Jekk jogħġobkom dejjem agħżlu l-ħniena mal-annimali. Huma jiddependu fuqna aktar milli nirrealizzaw.”







Ritratti:

Facebook / Christa Cilia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI