“Il-11-il Sena Se Tkun Sena Kbira Ta’ Avventuri Ġodda U Skola Ġdida” – Morena Camilleri Tawgura Lil Persuna Speċjali F’Ħajjitha

Morena Camilleri

Il-kantanta Maltija Morena Camilleri qasmet messaġġ mimli mħabba hekk kif binha Zac iċċelebra l-11-il sena tiegħu.

Permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, Morena ddeskriviet lil binha bħala “grazzja” f’dan il-jum. Esprimiet il-ferħ tagħha hekk kif tara lil Zac jikber f’żagħżugħ li jħobb in-natura, u jgħożż passatempi li jagħtuh libertà u kuntentizza kbira.

“Il-11-il sena se tkun sena kbira ta’ avventuri ġodda u skola ġdida,” tikteb Morena. Fil-messaġġ tagħha, Morena temmet b’xewqat sbieħ għal binha, fejn xtaqitlu vjaġġ ċar quddiemu, esperjenzi sbieħ u qalb mimlija bl-imħabba.







Ritratti:

Facebook/ Morena Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI